keyboard_tab Media online 2019/0789 MT
BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HR HU IT LV LT MT NL PL PT RO SK SL SV print pdf
- tax-xandir 17
- tagħha 8
- inizjali 8
- minn 8
- online 8
- tfisser 8
- tkun 8
- ritrażmissjoni 7
- trażmissjoni 7
- jwasslu 6
- servizz 6
- definit 6
- ir-ritrażmissjoni 6
- mhux 6
- fejn 5
- organizzazzjonijiet 5
- organizzazzjoni 5
- jkunux 5
- l-programmi 4
- tat-televiżjoni 4
- tar-radju 4
- s-sinjali 4
- għal 4
- programmi 4
- r-ritrażmissjoni 4
- ambjent 4
- għandhom 4
- titwettaq 4
- it-trażmissjoni 4
- anċillari 4
- artikolu 3
- id-direttiva 3
- permezz 2
- is-sinjali 2
- tal-aċċess 2
- meta 2
- tad-drittijiet 2
- raġunijiet 2
- mill-organizzazzjoni 2
- l-programm 2
- fir-ritrażmissjoni 2
- l-istati 2
- twettaq 2
- akkwistat 2
- tal-organizzazzjonijiet 2
- il-parti 2
- mill-mod 2
- definizzjonijiet 2
- saret 2
- r-responsabbiltà 2
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) | “servizz online anċillari” tfisser servizz online li jikkonsisti fil-forniment lill-pubbliku, minn organizzazzjoni tax-xandir jew bil-kontroll u bir-responsabbiltà tagħha, ta' programmi tat-televiżjoni jew tar-radju b'mod simultanju max-xandira tal-organizzazzjoni tax-xandir jew wara perjodu ta' żmien definit mix-xandira tagħhom, kif ukoll ta' kull materjal li jkun anċillari għal tali xandira; |
(2) | “ritrażmissjoni” tfisser ir-ritrażmissjoni simultanja, mhux mibdula u mhux imqassra, minbarra r-ritrażmissjoni bil-kejbil kif definit fid-Direttiva 93/83/KEE, bil-ħsieb li l-pubbliku jirċievi trażmissjoni inizjali minn Stat Membru ieħor ta' programmi tat-televiżjoni jew tar-radju maħsuba biex jaslu għand il-pubbliku, fejn tali trażmissjoni inizjali ssir bil-fili jew fl-ajru, inkluż dik bis-satellita, iżda mhux bit-trażmissjoni online, sakemm:
|
(3) | “ambjent immaniġġjat” tfisser ambjent fejn operatur ta' servizz ta' ritrażmissjoni jipprovdi ritrażmissjoni sikura lill-utenti awtorizzati; |
(4) | “injezzjoni diretta” tfisser proċess tekniku li permezz tiegħu organizzazzjoni tax-xandir tittrażmetti s-sinjali li jwasslu l-programmi tagħha lil organizzazzjonijiet li ma jkunux organizzazzjonijiet tax-xandir b'tali mod li s-sinjali li jwasslu l-programmi ma jkunux aċċessibbli għall-pubbliku waqt dik it-trażmissjoni. |
KAPITOLU II
Servizzi online anċillari tal-organizzazzjonijiet tax-xandir

Artikolu 5
L-eżerċizzju tad-drittijiet fir-ritrażmissjoni mill-organizzazzjonijiet tax-xandir
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Artikolu 4 ma japplikax għad-drittijiet fir-ritrażmissjoni eżerċitati minn organizzazzjoni tax-xandir għar-rigward ta' trażmissjoni tagħha stess, irrispettivament minn jekk id-drittijiet inkwistjoni jkunux tagħha jew ikunux ġew ittrasferiti lilha mingħand detenturi oħrajn tad-drittijiet tal-awtur jew ta' drittijiet relatati.
2. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li, fejn organizzazzjonijiet tax-xandir u l-operaturi tas-servizzi ta' ritrażmissjoni jidħlu f'negozjati rigward l-awtorizzazzjoni għar-ritrażmissjoni skont din id-Direttiva, dawk in-negozjati jsiru b'rieda tajba.
whereas